Skip links

incredible
success stories

Keith Abela Keith Abela

After
Before

Ħajja mill-ġdid ħa ngħidu hekk. Inħoss li twelidt mill-ġdid prattikament.

Ġieli kont segwejt xi dieti qabel jew anke kont noqgħod attent mill-ikel u ġieli kont ngħid li ħa mmur mixja, imma qatt ma ħadtha bis-serjeta’ biex ngħid il-verità.

Li verament fl-aħħar ħadem miegħi u għal ħafna oħrajn, kien illi nagħmel din n-Nofsiegħa effettiva ferm, kuljum.

Aħna qegħdin ngħidu kuljum imma tista' tmur tliet darbiet fil-ġimgħa per eżempju għal din n- nofsiegħa, fejn xorta se jkun hemm riżultati mill-aqwa.

Għalija, dawn s-sessions nħoss li huma mitqlu deheb, fejn inħadmu kullimkien tista' tgħid flimkien ma’ gwidi personalizzata dwar l-Ikel u l-ammonti għall-individwu u għat-tip ta’ exercise li nagħmlu.

Dan l-pjan tal-ikel żammejt miegħu ukoll ngħidlek il-verità fejn grazzi għal Nutritionist professjonali ħafna fejn naqsmu r-ritratti magħha ta’ x’qed nieklu u hi tagħtina l-feedback u l-coaching tagħħa.

Grazzi għal dan kollu, llum il-ġurnata niekol sewwa u pjaċevoli biex ninfthiem tajjeb u mhux ikel tad-dwejjaq, jiġifieri xorta ikel togħma tajba li ma tiddejjaqx meta tieklu.

Għax bħalma jaf bħalma taf inti u oħrajn, aħna nippretendu Il-quick fixes voldieri kollox ta’malajr, jien Kelli bżonn il-ħin imma.... s’issa diġa jien 40 kilo eħef mili kont.

Imma bis-saħħa kemm minn naħa ta' Matthaeus u l-kowċis l-oħra fejn huma jtuk ċertu eżerċizzi addatti għalik, fejn li tgħidlek eżempju; “Inti aħjar tagħmel din flok din” ħalli mhux talli ma jaqtgħulekx qalbek, talli jgħinuk ħafna.

Llum inħossni bniedem li twelidt mill-ġdid, anke ġol-ħwejjeġ toqgħod aħjar, qed tifhem? Tħossok aktar kunfidenti u anke titla' taraġ ma taqtqax nifsek...

Jien naħdem fil-proprjeta’, bħala project manager jiġifieri taraġ ikolli nitla’ ħafna, fejn għamilt zmien kontra qalbi immur x-xogħol biex nara l-ħaddiema x'inhuma jagħmlu, jiġifieri s’hemmhekk kont spiċċajt!

Ma kontx inkun komdu biex ngħid il-verità. Bil-lejl kont inbagħti biex norqod, jiġifieri l-anqas tista' ssib f'pożizzjoni komda biex torqod... 40 kilo jagħmlu differezna kbira.

Grazzi mill-Qalb

After
Before

let's talk let's talk

Fill in your contact details below if you'd like to receive more information or if you'd like a member of our team to get in touch to discuss your requirements in more detail.

This website uses cookies to improve your web experience.
Explore
Drag