Skip links

Aktar Dwarna

ħajjakundizzjonisaħħa ħajjakundizzjonisaħħa

ġdida u aħjar ġdida u aħjar

l-unika missjoni tagħna hija li ngħinuk tikseb Ħajja Ġdida u Aħjar permezz tal-fitness u s-saħħa.

It-tim tagħna ta' professjonisti kwalifikati u determinati huwa ddedikat biex jagħtik l-appoġġ u l-gwida li għandek bżonn biex tittrasforma ġisemek u il-mentalità tiegħek dwar saħħtek.

Żid l-enerġija tiegħek, għix ħajja aktar b'saħħitha u sodisfaċenti u kun dik ilpersuna fil-familja u ċ-ċirku ta' ħbieb tiegħek li tispira lil kulħadd.

L-ANBL twaqqfet minn Matthaeus Grasso, li għandu BSc. (Hons.) fix-Xjenzi tal-Isport u tal-Eżerċizzju mir-Renju Unit. B’aktar minn 10 snin esperjenza fl-industrija tas-saħħa u l-fitness, Matthaeus ħadem ma’ mijiet ta’ nies f’Malta u Għawdex biex jgħinhom jilħqu l-miri tagħhom u jgħixu ħajja aktar ferħana u b’saħħitha. Huwa għadu jkompli l-istudji u r-riċerka tiegħu wkoll fl-Istati Uniti.

It-tim tagħna ta’ Coaches jinkludi trejners personali gradwati u kwalifikati, nutrizzjonista gradwata, u għadd ta’ professjonisti tal-isport, li kollha jġibu għarfien espert lill-ANBL.

il-kowċis
tiegħek
il-kowċis
tiegħek

benefiċċji għall-membri

Kollha kemm aħna tal-ANBL - A New, Better Life nemmnu li kulħadd jistħoqqlu jgħix l-aqwa kwalità ta' ħajja. Huwa għalhekk li nipprovdu biss l-aħħar pariri ppruvati xjentifikament u firxa ta' programmi u servizzi eċċitanti biex jgħinuk tilħaq l-għanijiet tiegħek.

Kemm jekk tippreferi tingħaqad mas-sessjonijiet tal-grupp tagħna fl-istudjo fin-Naxxar jew tieħu sehem fis-sessjonijiet LIVE tiegħek online (jew tara s-sessjonijiet ta' eżerċizzju rrekordjati aktar tard), aħna qegħdin hawn biex ngħinuk f'kull pass li tagħmel.

X'Noffru X'Noffru

Sessionijiet fi gruppi

Nitħarrġu flimkien, ġewwa l-Istudjo u/jew Online għan-nisa u l-irġiel ta’ kull età (Irid ikollok aktar minn 18-il sena jew tkun akkumpanjat minn ġenitur/gwardjan), b'eżerċizzji iddisinjati biex tikseb riżultat.

Ejja meta u kemm il-ġurnata trid

Attendi l-ġranet fil-ġimgħa li tixtieq (nirrakkomandaw minn 2 sa 4 sessjonijiet fil-ġimgħa għall-biċċa l-kbira tal-membri). Ibbukkja minn qabel il-ġranet u l-ħinijiet li trid fl-istudio jew online. Is-sessjonijiet ta' grupp huma kollha ta' 30 minuta, u huma mmirati sabiex, bl-aktar mod effiċjenti, tkun tista' taħraq ix-xaħam, tħossok aktar b'saħħtek u aktar kunfidenti!

Taħriġ personali

Sessjonijiet ta' taħriġ individwali, imfassla b'mod sħiħ b'kowċ iddedikat għal dawk li jippreferu ma jitħarrġux fi gruppi.

Nutrizzjoni ggwidata

Pjan tal-ikel personalizzat imfassal minn nutrizzjonista kwalifikata biex tagħti lil ġismek in-nutrizzjoni li teħtieġ mingħajr ma tħossok imċaħħad.

Insegwuk fil-progress tiegħek

Kontrolli regolari individwali u fi grupp u ngħinuk takkwista ir-responsabbilta' biex tegħleb kwalunkwe ostaklu fi triqtek.

M'għandekx skuzi

Tista' tagħżel il-ħinijiet tas-sessjoni ta' kuljum tiegħek li tixtieq, kif ukoll tibbenefika minn parkeġġ bil-kumdita' fit-triq u użu illimitat ta' doċċi, kmamar tat-tibdil u kabinetti għall-konvenjenza tiegħek.

EJJA NITKELLMU EJJA NITKELLMU

Imla d-dettalji tiegħek hawn taħt jekk tixtieq tirċievi aktar informazzjoni jew jekk tixtieq li membru tat-tim tagħna jikkuntattjak biex jiddiskuti l-bżonnijiet tiegħek f'aktar dettall.

This website uses cookies to improve your web experience.
Explore
Drag